Il-crane saret is-siġra nazzjonali – Bartolo

Read in English.

Il-Membru Parlamentari Nazzjonalista Ivan Bartolo qal li s-siġra nazzjonali saret il-crane, għax kull fejn tħares tara wieħed.  Stqarr li mill-banda l-oħra, il-Gvern jiftaħar b’rix ħaddieħor għax min għandu żaqqu mimlija qatt ma fehem lil min hu bil-ġuħ.

Hu qal li l-Gvern li għadu ma bena l-ebda unit soċjali u akkużah li hu champagne socialist, jiġifieri Gvern li għandu prinċipju soċjali iżda li jgħix ħajja sinjura.

Bartolo sostna li huwa inkwetanti li filwaqt li għandek ekonomija b’saħħitha, magħha qed jikber ukoll il-faqar.  Insista li l-faqar f’Maltaqed jinħass mhux biss mill-barranin li jgħixu fostna, imma wkoll mid-diversi kategoriji ta’ Maltin bħall-ġenituri li qed irabbu lil uliedhom mingħajr żwieġhom jew mingħajr marthom; bħall-anzjani u dawk il-ħaddiema li jaqilgħu il-paga minima.

Huwa qal li l-barrani f’ħanut taż-żebgħa li qata’ 14-il ċavetta tal-istess appartament, hu indikazzjoni ċara li f’dak l-appartament kienu qed jgħixu 14-il ruħ.