​“Il-Crafts Village jitlesta sal-aħħar tas-sena” – Cardona

Il-Ministru għall-Ekonomija Chris Cardona qal li r-riġenerazzjoni tal-Crafts Village se tkun paġna ġdida għall-artiġjanat Malti.
Huwa qal dan waqt li żar ix-xogħlijiet li għaddejjin f’Ta’ Qali fejn sostna li x’aktarx jitlestew sal-aħħar tas-sena. 
Il-Ministru Cardona sostna li dan il-villaġġ se jwassal għall-ħolqien ta’ ambjent ġdid mhux biss għall-operaturi tal-artiġjanat u t-turisti li jżuru l-post ta’ kuljum, iżda se toħloq ċentru ġdid ta’ eċċellenza għall-familji Maltin b’ġonna u spazji rikreattivi.