Il-Covid-19 ma waqqafx xogħol id-Dwana

Customs

Read in English.

Għalkemm is-sena 2020 kellha tnaqqis konsiderevoli fil-kummerċ dinji, id-Dwana baqgħet taħdem qatigħ biex twaqqaf il-kummerċ illegali fil-fruntieri Maltin.

Fi stqarrija, id-Dwana tat rendikont tax-xogħol tagħha bejn Jannar u Ottubru.

Aktar minn €53 miljun f’prodotti foloz

Id-Dwana interċettat aktar minn €53 miljun fi prodotti foloz, kważi kollha kienu fi tranżitu. Interċettaw 31 container b’666,159 oġġett falz.

Il-prodotti in tranżitu li ġew interċettati kienu jiswew €52.8 miljun:

Ilbies49,558
Basktijiet6,808
Żraben395,909
Aċċessorji16,500
Deodoranti46,032
Oġġetti elettroniċi3,596
Aċċessorji tal-mobile142,200

Filwaqt li ġew interċettati madwar €450,000 fi prodotti foloz li kienu intiżi għal Malta.

Ilbies1,049
Żraben699
Mobiles u aċċessorji tagħhom20
Arloġġi u aċċessorji55
Basktijiet101
Pinna1
Aċċessorji ta’ ħwejjeġ167
Emblemi tal-karozzi118
Maskri2,416
Kontrolluri tal-logħob94
Oġġetti elettroniċi134
Ġugarelli702

Oġġetti maqbuda fl-ajruport

Għalkemm il-mitjar kien magħluq għal numru ta’ xhur, id-Dwana xorta interċettat dawn l-oġġetti li waslu Malta bl-ajru:

Sigaretti934,377
Tabakk orali35.54kg
Inbid587 flixkun
Spirti2,148 flixkun
Tabakk imsaħħan680
Kannabis19.55kg
Kokaina9.85kg
Eroina1.4kgs
Ecstasy4 pilloli
Joints11

B’kollox, ġew interċettati sigaretti b’valur ta’ €236,000, drogi illegali b’valur ta’ €219,000 u €29,000 f’xorb alkoħoliku.

Sena ta’ suċċess għall-klieb tad-dwana

Din is-sena, il-Canine Unit tad-Dwana kiber u daħal fi kwartieri ġodda, u l-klieb tiegħu għenu biex jinterċettaw dawn l-oġġetti:

Flus€445,480 u $27,201 f’35 sejba
Snus1,823 bott u 5.6kg f’86 sejba
Sigaretti52 kaxxi f’14-il sejba
Tabakk imsaħħan48 pakkett f’14-il sejba
Tabakk4.5kg fi 3 sejbiet
Tabakk shisha28.5kg f’4 sejbiet
Tabakk għall-pipa tal-ilma21.6kg f’2 sejbiet
Tabakk orali45kg f’2 sejbiet
Drogi illegali11g kannabis, 200g kokaina, 40ml poppers, 4 pilloli ecstasy u 2 joints f’9 sejbiet

It-tim kontra l-ħasil tal-flus interċetta €568,172 fi 35 sejba sal-aħħar ta’ Ottubru.

Interċettazzjonijiet tal-posta

Id-Dwana nnutat li la l-ħruġ kien limitat din is-sena, is-servizzi tal-posta kienu mfittxija ferm, iżda żiedet li dan żied ir-riskju ta’ kummerċ illegali bil-posta. In-nies tagħha għamlu dawn l-interċettazzjonijiet:

  • 94 pakkett li kiser ir-regolamenti tas-saħħa pubblika
  • 91 pakkett bi snus u tabakk orali, li b’kollox jiżnu 144.13kg
  • 23 pakkett b’oġġetti li jiksru r-regolamenti ta’ proprjetà intellettwali
  • 11-il pakkett bi drogi illegali, li b’kollox jiżnu 912g
  • 10 pakketti b’oġġetti mingħajr il-marka CE
  • 9 pakkett b’tabakk imsaħħan
  • 3 pakkett bl-armi
  • 2 pakkett b’oġġetti li jiksru regolamenti fuq is-saħħa tal-pjanti
  • 2 pakkett li jiksru regolamenti CITES
  • Pakkett bi flus tal-karti
  • Pjanċa tal-karozzi
  • Oġġett li jikser regolamenti fuq wirt kulturali

Oġġetti mhux dikjarati

Instabu wkoll dawn l-oġġetti li ma ġewx dikjarati kif suppost fl-ajruport:

  • 3 oġġetti ta’ ġojjellerija li jiswew €304,000
  • 69,000 sigarett
  • 34,821 pakkett ta’ tabakk imsaħħan
  • 45.2kg snus u tabakk orali
  • 44.5kg tabakk tax-shisha
  • 23.7kg tabakk ieħor
  • 100 sigarru
  • 29.7kg ta’ drogi illegali
  • 1,344 oġġett li jiksru r-regolamenti tal-proprjetà intellettwali
  • 13.5kg ta’ laħam u 46.4 ta’ prodotti tal-ħalib
  • 20 annimal ħaj
  • 7 importazzjonijiet ta’ oġġetti farmaċewtiċi
  • 22 importazzjoni ta’ oġġetti b’ammont kummerċjali
  • 3 importazzjonijiet  ta’ oġġetti mingħajr il-marka CE
  • 3 knuckle dusters
  • 3 importazzjonijiet ta’ oġġetti li jiksru regolamenti fuq is-saħħa tal-pjanti