“Il-Covid-19 ċaħħadna minnu fl-aħħar sigħat”

Facebook

Read in English.

Lisa Spiteri kitbet li l-coronavirus ċaħħad lilha u lil familtha minn nannuha fl-aħħar sigħat ta’ ħajtu.

Fuq Facebook, il-preżentatriċi ta’ NET Television xerrdet ritratt tagħha tbus lil nannuha. Kitbet li din kienet l-aħħar darba li setgħet tgħannqu minħabba l-coronavirus, li spiċċat biex ħaditlu ħajtu.

Spjegat li skont il-gwida li ngħatat il-familja mill-awtoritajiet tas-saħħa, ma jistgħux jagħmlu funeral għal nannuha, iżda se jidfnuh fil-privat, f’ċerimonja għall-familja biss.

Hija rringrazzjat lil kulħadd tal-messaġġi ta’ kondoljanzi li rċeviet.

https://www.facebook.com/photo/?fbid=10158732529492929&set=a.10150352976707929

Il-Ministeru għas-Saħħa llum ħabbar żewġ imwiet oħra bil-coronavirus, waħda ta’ mara ta’ 73 sena u oħra ta’ raġel ta’ 91 sena. Dawn it-tnejn kienu fi djar tal-anzjani separati, u tilfu ħajjithom mal-lejl.

Is-26 u s-27 mewt bil-coronavirus
Imutu 2 anzjani bil-coronavirus