Il-Costa Concordia wieqaf fuq pjattaforma qrib tal-kosta

Wara ħidma metikoluża ta’ aktar minn 19-il siegħa, il-cruise liner Costa Concordia tneħħa minn mal-kosta tal-ġżira Giglio u issa qiegħed jistrieħ fuq pjattaforma mal-livell tal-ilma.

Din il-ħidma bdiet it-Tnejn kmieni filgħodu u ntemmet fis-siegħat bikrin tat-Tlieta f’operazzjoni li ġiet tiswa €600 miljun.

Sabiex il-cruise liner jinġibed mill-pożizzjoni tiegħu il-ħaddiema u l-inġiniera kellhom idawruh bi ktajjen tal-azzar.

Din il-ħidma saret 20 xahar wara li l-cruise liner kien inkalja mal-kosta f’Jannar tas-sena li għaddiet.

Dakinhar kienu tilfu ħajjithom 32 passiġġier.