Il-Costa Concordia jsalpa għall-aħħar darba

Il-cruise liner Costa Concordia beda l-aħħar vjaġġ tiegħu hekk kif il-vapur ġgantesk se jkun qed jitmexxa għal Ġenova. B’hekk, wara tant żmien, in-nies fil-gżira ta’ Giglio fl-Italja jistgħu jerġgħu jgawdu l-veduta ta’ Corsica.  
Il-vapur jiżen darbtejn u nofs it-Titanic u din l-operazzjoni hija l-ikbar waħda li qatt saret fuq vapur simili.
Il-moħħ wara din l-operazzjoni, huwa s-Sud Afrikan Nick Sloane.
L-operazzjoni hija waħda riskjuża, diffiċli u wisq inqas irħisa. Filfatt, dan is-salvataġġ se jiswa lil Costa Crociere mal-€1.5 biljun.
Il-vapur kien inkalja fuq il-blat qrib Giglio f’Jannar tal-2012. Fl-inċident mietu 32 passiġġier. Abbord b’kollox kien hemm 4,229 passiġġier. Katavru minn dawn għadu ma nstabx filwaqt li tilef ħajtu ukoll wieħed mill-għaddasa.