Il-Costa Concordia jipprepara għall-aħħar vjaġġ

Qed isiru l-aħħar preparamenti biex nhar it-Tnejn li ġej jittella’ l-cruise liner Costa Concordia, qabel jagħmel l-aħħar vjaġġ tiegħu. Ġimgħa wara, il-Costa Concordia se jinġibed lejn il-port ta’ Ġenova. 80% tal-vapur se jitkisser u se jitqatta’ għall-iskrapp. Sadanittant, għadha għaddejja l-investigazzjoni kriminali, fil-konfront tal-kaptan Francesco Schettino, li għaddej ġuri fuq akkużi ta’ qtil, li wassal biex il-cruise liner jinkalja u li wara l-inċident abbandunah. Il-vapur ta’ 114,500 tunnellata inkalja sentejn u nofs ilu, fil-gżira ta’ Giglio.