Il-coronavirus u n-nisa: Iktar abbuż domestiku?

abbuz-domestiku
Unsplash

L-istitut Ewropew għar-Riċerka u Komunikazzjoni dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi elenka lista dwar in-nisa u l-imxija tal-coronavirus:

  • In-nisa jinsabu fuq quddiem f’din il-pandemija: il-maġġoranza tal-infermiera u l-ħaddiema tas-saħħa fl-Unjoni Ewropea huma nisa
  • Tħassib dwar telf ta’ impjiegi ta’ professjonijiet iddominati minn nisa: membri tal-ekwipaġġ tal-ajruplani; bejjiegħa tal-ħwienet u hairdressers diġà jinsabu f’impjiegi prekarji u mhux se jitħallsu jekk ma jaħdmux u lanqas mhu se jkunu intitolati għas-sick leave.
  • Se jiżdied ix-xogħol bla ħlas għan-nisa f’dak li jitratta kura: dan b’mod speċjali bl-għeluq tal-iskejjel u postijiet tax-xogħol. Is-sitwazzjoni se tkun iktar diffiċli għal ġenituri waħedhom, b’mod partikolari minħabba li childcare informali tat-tfal mhix disponibbli.
  • Distanza fiżika mhix għażla ta’ kulħadd: Persuni anzjani jew dawk b’diżabilità jiddependu fuq l-għajnuna ta’ ħaddieħor.  Dan iwassal li d-distanza fiżika tkun kważi impossibbli.
  • Abbuż domestiku jiżdied fi żminijiet ta kriżi: in-nisa li jinqaflu d-dar ma’ sieħeb vjolenti qed ikunu esposti għal iktar perjodi twal ta’ ħin, u għaldaqstant tkun aktar diffiċli biex jagħmlu kuntatt mal-helplines.
  • Bżonn iktar nisa fit-teħid tad-deċiżjonijiet: Infermiera qed jaħdmu bla heda minn wara l-kwinti, imma l-aktar huma l-irġiel li qed jieħdu d-deċiżjonijiet f’din il-kriżi. Dan ifisser li n-nisa qed jitħallew barra milli jfasslu d-deċiżjonijiet li se jaffettwawlhom ħajjithom.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn