Il-coronavirus twaqqaf ukoll Days of our Lives

Days of our Lives
Ritratt: NBC

Il-ġbid fuq is-soap opera Amerikana Days of Our Lives twaqqaf ukoll minħabba fil-coronavirus. Dan biex dejjem jiġi sgurat saħħet l-atturi u anki membri tal-crew li għalkemm ma jiddhirx, ikun attiv sew fuq is-sett, b’kuntatt dirett mal-affarijiet.

Il-proutturi ta’ din is-sensiela qalu li l-waqfien se jkun żgur għal ġimgħa sħiħa b’possibilità li jiġi estiż dejjem skont kif tkompli tiżviluppa s-sitwazzjoni b’rabta mal-coronavirus.

Soap opera Amerikana ta’ kuljum li twaqqfet hija General Hospital filwaqt li għalissa l-producers ta’ The Bold & The Beautiful u The Young & The Restless jidhru li se jibqgħu għaddejjin bil-ġbid tal-puntati li jmiss.

Hawn Malta Days of Our Lives tkompli tixxandar fuq l-istazzjon Melita More. Għad mhux magħruf x’se jkun l-effett tal-waqfien tal-ġbid fuq il-puntati li jixxandru fl-Istati Uniti u li wara jiġu distribwiti f’bosta pajjiżi madwar id-dinja.