Il-coronavirus tpoġġi l-ekonomija Koreana f’riċessjoni

REUTERS/Kim Hong-Ji

L-ekonomija tal-Korea t’Isfel tinsab f’riċessjoni wara l-akbar tnaqqis ekonomiku fl-aħar 20 sena, hekk kif il-pandemija tal-coronavirus tat daqqa ta’ ħarta lill-esportazzjonijiet filwaqt li r-regoli dwar id-distanzjament soċjali pparalizzaw il-fabbriki.

Ir-raba’ l-akbar ekonomija fl-Ażja ċkienet bi 3.3% f’Ġunju, skont ċifri ppubblikati mill-Bank tal-Korea, l-akbar tnaqqis mill-1998 u saħanistra 1% aktar minn dak li kienu qed jipprevedu numru ta’ ekonomisti.

B’hekk, il-Korea t’Isfel tingħaqad mal-Ġappun, it-Tajlandja u Singapor f’riċessjoni teknika, definita bħala żewġ kwarti ta’ sena konsekuttivi f’deklin, hekk kif il-pandemija kompliet tgħakkas l-ekonomiji Ażjatiċi li jiddependu ħafna fuq il-kummerċ.

Madankollu, analisti ekonomiċi sostnew li l-prospett ta’ rkupru għall-Korea huwa aħjar minn dawk ta-imsieħba reġjonali tagħha. Dan l-argument sostnih ukoll ill-Ministru tal-Finanzi tal-Korea t’Isfel Hong Nam-ki, li esprima konvinzjoni li l-ekonomija tirpilja hekk kif il-produzzjoni terġa’ tirranka u jinfetħu l-iskejjel.

South Korea’s gross domestic product fell 2.9% in year-on-year terms, the biggest fall since the fourth quarter of 1998 and worse than a 2.0% decline seen in the poll.

L-esportazzjoni tikkontribwixxi għal kważi 40% tal-ekonomija, u rreġistrat tnaqqis ta’ aktar minn 16%, l-agħar riżultat mill-1963. Fost l-aktar li marru minn taħt, il-kumpaniaj Posco, li hija l-ħames l-akbar manifattur tal-azzar fid-dinja, irreġistrat tnaqqis fil-profitt ta’ 84% hekk kif id-domanda madwar id-dinja krollat.

Il-pajjiż irrapporta kważi 14-il elf infezzjoni u mietu mat-300 persuna, numri relattivament baxxi meta mqabbla mal-bqija tad-dinja.

Kien reġistrat tnaqqis ukoll fil-kostruzzjoni (1.3%) u l-investiment kapitali (2.9%). Meta mqabbel mal-ewwel kwart tas-sena, kien hemm żieda żgħira fil-konsum domestiku (1.4%), xprunata minn vawċers imqassma mill-Gvern biex jintużaw fuq ristoranti, ħwejjeġ u attivitajiet ta’ divertiment, bħala parti minn pakkett ta’ stimolu ta’ valur ta’ 200 biljun ewro. Madankollu, il-Gvern ftit li xejn jista’ jagħmel fuq l-esportazzjoni, hekk kif il-pajjiż jiddependi mid-domanda globali biex ibiegħ tista’ tgħid kollox minn karozzi ta prodotti petrokimiċi, kif ukoll ċipep u prodotti teknoloġiċi varji.

Skont Park Sang-hyun, analista ma’ HI Investment & Securities: “l-għar jidher li għadda, u l-injezzjoni fiskali mill-baġit supplimentari se jgħin u jtejjeb l-investiment”.

Il-Bank Ċentrali tal-pajjiż kien bassar li r-riżultat aħħari fl-2020 se jkun tnaqqis marġinali ta’ 0.2%, li jkun ifisser l-ewwel darba li l-pajjiż ikun temm sena fin-negattiv sa mill-1998. Iżda fl-aħħar jiem il-Gvernatur tal-istess Bank ammetta li reviżjoni ‘l isfel ta’ din il-previżjoni se tkun meħtieġa. Il-Fond Monetarju Internazzjonali min-naħa tiegħu qed jistenna li l-ekonomija Koreana tiċkien b’2.1%.