Filmat: Il-coronavirus tlaqqatha mingħand dawk ta’ Min Imissu?!

Li ħafna personalitajiet u politiċi jibżgħu xi ftit mill-klikka ta’ Min Imissu?! huwa fatt magħruf u issa minkejja li lkoll jinsabu fi kwarantina, it-tim ta’ dan il-programm għaqqad il-forzi tiegħu biex jeħodha kontra dan il-virus.

Fil-filmat tistgħu taraw dan il-filmat ħelu li tnieda llum u li jnissel tbissima iżda jintemm ukoll b’messaġġi li għalkemm huma bla kliem, huma messaġġi li jitkellmu ħafna, inisslu tbissima u anki joffru tama li kollox se jkun qed jgħaddi b’wiċċ il-ġid.

Grazzi lil Take 2 Entertainment u lit-tim tagħhom ta’ din l-inizjattiva!

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn