Il-Coronavirus tinfirex mad-dinja b’rata mgħaġġla aktar miċ-Ċina

People wear protective face masks as they take their lunch breaks at the financial Central district, following the outbreak of the new coronavirus, in Hong Kong, China March 2, 2020. REUTERS/Tyrone Siu

Il-Coronavirus qed tinxtered b’rata akbar barra miċ-Ċina milli fil-pajjiż fejn żviluppat. Dan qed iwassal biex ikollu impatt fuq is-settur tal-ivvjaġġar b’mod partikolari fl-ajruporti. 

Il-Kap tal-Organizzazzjoni Dinija tas-Saħħa Tedros Adhanom Ghebreyesus qal li r-rapporti ta’ każijiet ġodda kienu tmien darbiet akbar fil-pajjiżi varji tad-dinja minn dawk rapportati fiċ-Ċina. Huwa fisser li r-riskju li bih qed jinfirex il-virus fuq livell globali huwa għoli ħafna. 

Huwa spjega li l-ikbar tħassib ġej mill-każijiet li qed jiġu rappurtati fil-Korea t’Isfel, l-Italja, l-Iran u l-Ġappun. Madanakollu jidher li l-isforzi ta’ sorveljanza li qed tiġi applikata fil-Korea t’Isfel qed ikollha effett.