Il-coronavirus qatel 42 persuna s’issa – Il-President Ċiniż

Pictures uploaded to social media on January 25, 2020 by the Central Hospital of Wuhan show medical staff attending to a patient, in Wuhan, China. THE CENTRAL HOSPITAL OF WUHAN VIA WEIBO /via REUTERS THIS IMAGE HAS BEEN SUPPLIED BY A THIRD PARTY. MANDATORY CREDIT. NO RESALES. NO ARCHIVES. MUST ON SCREEN COURTESY "THE CENTRAL HOSPITAL OF WUHAN VIA WEIBO".

Read in English.

Il-President Ċiniż Xi Jinping qal li ċ-Ċina qed taffaċċja sitwazzjoni gravi, issa li n-numru ta’ mwiet bil-coronavirus telgħu għal 42.

Iċ-Ċina ħabbret iżjed restrizzjonijiet fit-trasport.

Iċ-ċelebrazzjonijiet għas-Sena l-Ġdida Ċiniża qegħdin jitħassru minħabba dan il-virus li laqat lil iżjed minn 1,400 persuna madwar id-dinja, ħafna minnhom fiċ-Ċina. Ħong Kong iddikjara stat ta’ emerġenza u waqqaf ir-rotot lejn iċ-ċentru taċ-Ċina.

Illum l-Awstralja kkonfermat l-ewwel erba’ każijiet tagħha tal-virus, il-Malażja wkoll, u Franza rrappurtat l-ewwel ftit każijiet tagħha lbieraħ.

L-awtoritajiet tas-saħħa madwar id-dinja qed jagħmlu li jistgħu biex iżommu lill-virus milli jinxtered iżjed.

L-Istati Uniti qed tirranġa għal titjira għal għada biex iċ-ċittadini u diplomatiċi Amerikani li jinsabu f’Wuhan jittieħdu lura pajjiżhom.