Il-coronavirus mistenni jħalli impatt fuq l-ekonomija – Scicluna

Linkiesta

Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna qal li skont l-aħħar previżjonijiet li ħarġu llum mill-Kummissjoni Ewropea jidher l-marda tal-coronavirus se jkollha effett negattiv fuq il-pajjiżi kollha tal-UE, mhux biss dawk milquta mill-pandemija.

Meta kien qed iwieġeb mistoqsija supplimentari tad-Deputat Laburista Anthony Agius Decelis dwar il-previżjonijiet tal-UE dwar it-tkabbir ekonomiku, Scicluna qal li anke dawk mhux milquta għandhom kumpaniji tal-ajru u tal-ivvjaġġar.

Huwa qal li minkejja previżjonijiet ta’ tkabbir għal Malta, il-coronavirus hija sfida oħra li jkollha impatt fuq l-ekonomija.

Waqt intervista fuq 103 Malta’s Heart, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, Prof. Charmaine Gauci, qalet li 98% tal-persuni infettati bil-virus jgħaddilhom.