L-artist Liam Spiteri ppreżenta pittura lill-Ministru Chris Fearne. F’din il-pittura Spiteri pinġa rappreżentazzjoni tal-mod kif il-professjonisti tas-saħħa u l-forntliners ġġieldu l-coronavirus.
Il-Ministru Fearne ltaqa’ ma’ Liam Spiteri u ppreżentalu din il-pittura.
F’post fuq Facebook il-Ministru Fearne rringrazzja lil Liam għal din il-pittura.
Din mhux l-ewwel trpinġija li saret b’ringrazzjament lejn il-professjonisti tas-saħħa u l-frontliners. Il-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar ddedika ħajt fi Ġnien il-Kunsill. Din it-tpinġija saret f’sebat ijiem.