Read in English.
L-għadd ta’ mwiet minħabba l-imxija tal-coronavirus fl-Italja tela’ b’601 persuni oħra llum. B’hekk issa fil-pajjiż mietu total ta’ 6,077 ruħ minħabba dan il-virus. Dan ħabbru l-kap tal-Aġenzija tal-Protezzjoni Ċivili fil-pajjiż. Minkejja li n-numru xorta huwa wieħed kbir, huwa l-inqas figura ta’ mwiet fil-pajjiż reġistrata mill-Ħamis li għadda.
Il-Ġimgħa mietu total ta’ 627 persuna, is-Sibt mietu 793 u l-Ħadd mietu 651.
In-numru totali ta’ każi kkonfermati fl-Italja tela’ għal 63,927 każ illum. Sal-bieraħ kien hemm total ta’ 59,138 każ. L-Aġenzija tal-Protezzjoni Ċivili qalet li din kienet l-inqas żieda fir-rata ta’ każi fil-pajjiż minn meta tfaċċa l-virus fil-21 ta’ Frar.
Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn.