Il-coronavirus jaffettwa lil Netflix għal 30 jum

EUTERS/Wolfgang Rattay

Il-coronavirus se jaffettwa lil Netflix ukoll, billi l-kumpanija se tnaqqas il-kwalità tal-istampa tal-films u episodji li huma disponibbli fuqha fl-Ewropa għat-30 jum li ġejjin.

Il-ġurnal BBC irrapporta li dan se jsir sabiex jittaffa l-impatt fuq dawk li jipprovdu l-internet, peress li bħalissa qed isir użu estensiv minn Netflix madwar l-Ewropa kollha, u anke d-dinja, peress li ħafna nies huma magħluqin fi djarhom minħabba l-coronavirus.

Bi qbil mal-mexxejja Ewropej, Netflix se jnaqqas il-kwalità tal-istampa b’25%, iżda din xorta għandha tkun ta’ kwalità tajba.

Siegħa ta’ film bi stampa ta’ kwalità standard tikkonsma madwar 1 GB tad-data, filwaqt li stampa high-definition (HD) tuża sa 3 GB f’siegħa.

Il-kumpanija għadha ma qalitx jekk din il-bidla hux se tapplika wkoll għar-Renju Unit u għal naħat oħra bħall-Amerka ta’ Fuq.