Il-coronavirus għandha twassal għal aktar kuxjenza favur l-ambjent – Il-Papa

Read in English.

Il-Papa Franġisku qal li n-nuqqas drastiku fit-tniġġiż tal-arja matul il-pandemija tal-coronavirus se jwassal għal tħassib akbar għall-ambjent hekk kif qed jitneħħew ir-restrizzjonijiet.

Fl-indirizz tiegħu tal-Ħadd fi Pjazza San Pietru, il-Papa Franġisku qal li l-pandemija ġiegħlet lil ħafna nies jirriflettu dwar ir-relazzjoni tagħhom mal-ambjent. Pjazza San Peitru reġgħet fetħet għall-viżitturi xahar ilu. L-Italja neħħiet l-aħħar restrizzjonijiet fl-ivjaġġar fit-3 ta’ Ġunju.

Il-Papa żied li matul il-lockdown, minħabba n-nuqqas fit-tniġġiż tal-arja, wieħed seta’ jgawdi minn mis-sbuħija ta’ postijiet f’aktar kwiet. Kompla li issa li qed jitneħħew ir-restrizzjonijiet wieħed għandu jkun responsabbli u jħares dan l-ambjent.

Fil-kanali ta’ Venezja deher il-ħut għall-ewwel darba wara ħafna snin. Il-kanali tnaddfu wara n-nuqqas ta’ moviment li kien hemm f’dawn il-kanali.

Il-Papa Franġisku kien qiegħed jitkellem ġurnata wara li ġie ċċelebrat il-Jum Dinji għar-Refuġjati. Il-Papa qal li l-coronavirus enfasizzat il-bżonn ta’ protezzjoni għar-refupjati għax dawn ġew aktar vulnerabbli.