​”Il-corned beef u l-inbid kienu biss premju ta’ lotterija” – Chris Fearne

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne iddeskriva bħala ‘fake news’ xi ritratti li kienu dehru fuq xi midja soċjali qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali, li kienu juru laned tal-corned beef u fliexken tal-inbid b’ritratt tiegħu.
Huwa ċaħad li dawn tqassmu minnu bħala parti mill-kampanja elettorali tiegħu.
Għall-mistoqsija parlamentari ta’ Beppe Fenech Adami, Chris Fearne spjega li dak kien ritratt ta' premjijiet ta’ xi lotterija. 
Ritratt: Facebook