Il-Coppa Italia f’Malta grazzi għall-Klabb ta’ Lazio

Il-Klabb Malti tal-Lazio irnexxielu jġib il-Coppa Italia li Lazio rebħu f’Mejju li għadda. Waqt serata li ġiet organizzata mill-istess Klabb Malti, il-membri tal-Klabb setgħu jaraw din it-tazza kif ukoll jiltaqgħu ma’ żewġ personalitajiet marbuta mal-klabb tal-Lazio.

Għal din is-serata attendew Toni Malco u Luigi Sinibaldi. Malco huwa propju l-awtur tal-innu Vola Lazio Vola u Sinibaldi hu l-kummentatur u l-vuċi uffiċjali tal-istazzjoni Lazio Style. Il-mistiedna speċjali faħħru x-xogħol li qed jagħmel il-klabb Malti u faħħru wkoll lill-President Edward Psaila.

Il-Coppa Italia intrebħet minn Lazio wara logħba missielta fi Stadio Olimpico ta’ Ruma. Lazio rnexxielhom jirbħu 2-0 kontra Atalanta. Din kienet is-serba’ darab li rnexxielhom jirbħu t-tazza.