Il-Commercial Podium ta’ The Shoreline jingħata pre-ċertifikazzjoni LEED ta’ livell għoli

The Shoreline, li jinsab eżattament fuq ix-xatt tal-Baħar Mediterran, hu proġett privat uniku ta’ Shoreline Contracting Limited fi Smart City Malta, li joffri 370 appartament lussuż, b’għażla ta’ kamra tas-sodda waħda, bi tnejn u anke bi tlieta, duplexes u penthouses li jgawdu veduti spettakolari, kif ukoll shopping mall.  

Dan l-aħħar, wara li ssodisfa r-rekwiżiti kollha meħtieġa, il-proġett ta’ disinn u bini tal-Commercial Podium rebaħ Silver LEED Pre-Certification ta’ livell għoli.

Dan il-komponent kummerċjali jikkonsisti f’żewġ livelli ta’ ħwienet u tliet livelli oħrajn taħthom ta’ parkeġġi, li jkopru l-impronta sħiħa tal-proġett li fuqu hi bbażata l-plaża privata u l-blokki residenzjali b’total ta’ madwar 25,500 metru kwadru, b’taħlita interessanti ta’ retail, catering, leisure u divertiment.

LEED (Leadership in Energy and Environmental Design) hi sistema ta’ ċertifikazzjoni ta’ bini ekoloġiku rikonoxxuta internazzjonalment, li tipprovdi verifika minn partijiet terzi fejn jaraw li bini kien iddisinjat u mibni bl-użu ta’ strateġiji mmirati lejn it-titjib tal-prestazzjoni fil-metriċi kollha l-aktar importanti jiġifieri l-iffrankar tal-enerġija, l-effiċjenza fl-użu tal-ilma, tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2, titjib fil-kwalità ambjentali interna, u amministrazzjoni tar-riżorsi u sensittività dwar l-impatt tagħhom.. 

Żviluppata mill-Kunsill Ekoloġiku tal-Bini tal-Istati Uniti (USGBC), LEED tipprovdi lis-sidien u lill-operaturi qafas konċiż għall-identifikazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ disinn ta’ bini ekoloġiku, kostruzzjoni u soluzzjonijiet ta’ manutenzjoni.

LEED tipprovdi sistema ta’ punti fuq disinn u kostruzzjoni ta’ bini ekoloġiku.  Is-sistema hi kategorizzata f’ħames oqsma bażiċi: siti sostenibbli, effiċjenza fl-użu tal-ilma, enerġija u atmosfera, materjali u r-riżorsi, u kwalità ambjentali interna.  Il-bini jingħata punti bbażati dwar kemm jinkisbu strateġiji sostenibbli. LEED (US) u BREEAM (UK) huma l-aktar sistemi ta’ klassifikazzjoni popolari mill-metodi ta’ valutazzjoni sostenibbli kollha madwar id-dinja.

Skont Greenwich Srl, il-konsulenti għal LEED ibbażati fl-Italja li jispeċjalizzaw fis-servizzi ta’ ċertifikazzjoni ta’ bini ekoloġiku bħal LEED u BREEAM, il-pre-ċertifikazzjoni kienet rilaxxata minn Green Business Certification Inc. GBCI tamministra l-programm ta’ ċertifikazzjoni LEED, li jwettaq reviżjonijiet tekniċi għal partijiet terzi u verifika ta’ proġetti reġistrati biex jiddeterminaw jekk dawn jissodisfawx l-istandards stabbiliti mis-sistema ta’ klassifikazzjoni LEED.  Esperti tekniċi jiżguraw li ċ-ċertifikazzjoni tal-bini tissodisfa l-ogħla livelli ta’ kwalità u integrità.

Ben Muscat, iċ-Chairman ta’ Shoreline Contracting Limited, qal: “Għalkemm il-pre-ċertifikazzjoni mhix obligatorja, il-Pre-Ċertifikazzjoni Silver li ksibna għall-Commercial Podium tagħna, bl-għajnuna tal-konsulenti Greenwich, tixhed l-impenn tagħna għal ċertifikazzjoni LEED, hekk kif nesponu l-karatteristiċi ekoloġiċi uniċi u siewja tal-proġett biex nattiraw inkwilini u investituri.

“The Shoreline żgur li mhux żvilupp konvenzjonali.  Hu mfassal biex ikun sostenibbli, iffokat fuq il-komunità, favur l-ambjent u kapulavur viżiv ta’ arkitettura moderna Maltija bi spazji miftuħa u varjetà ta’ kumditajiet fil-komunità.  L-iżvilupp iċċertifikat permezz tal-LEED, flimkien ma’ attributi ta’ kwalità bħal sound u noise-proofing u karatteristiċi uniċi oħrajn, qed ikunu nnutati b’mod pożittiv mill-industrija kif ukoll minn sidien u investituri potenzjali, hekk kif inizjattivi bħal dawn jesprimu d-determinazzjoni tagħna lejn il-kisba ta’ sostenibbiltà ekoloġika ħalli b’hekk noffru ambjent uniku għall-futur.”

Il-Manager fuq il-Bejgħ u l-Markiting ta’ Shoreline Contracting Limited, Andrew Gatt, qal: “Wara l-ħatra tal- konsulent tad-dawl Franck Franjou minn Franza u l-konsulent akustiku Hann Tucker Associates Ltd mir-Renju Unit, il-proġett kummerċjali tagħna jinsab ukoll fit-triq it-tajba biex isir żvilupp ċċertifikat LEED, b’użu professjonali ta’ dawl naturali u artifiċjali, u sistema noise-proofing għar-residenzi, filwaqt li jipprovdi l-ikbar numru ta’ stazzjonijiet ta’ ċċarġjar għal vetturi elettriċi u hybrid li żviluppaturi Maltin qatt investew fihom.

“Franck Franjou rebaħ għadd ta’ premjijiet importanti talli ħoloq proġetti mill-isbaħ bl-użu tad-dawl, u dawn jinkludu, fost oħrajn, ix-xogħol ikoniku tiegħu tad-dawl fl-entratura l-ġdida tal-Belt Valletta.  Hann Tucker Associates Ltd hi waħda mill-konsulenti akustiċi ewlenin fid-dinja. Huma jinsulaw bini ta’ kull tip, minn dak kummerċjali, skejjel, sa bini għall-kura tas-saħħa. Fost il-klijenti varji tagħhom hemm Harrods u Sainsbury’s.  Bla dubju, dawn il-karatteristiċi uniċi u l-attenzjoni għad-dettall se jirriżultaw f’bini kompletament iċċertifikat bħala taʼ kwalità għolja li se jagħmel kemm lir-residenti u anke lil kull min jgħix fihom kburin u kuntenti li jgħixu f’żona li toffri stil taʼ ħajja superjuri.”

Dan il-proġett lussuż, li mistenni jitlesta sal-2023, se joħloq destinazzjoni unika u sofistikata fiż-żona ta’ SmartCity Malta.  Kemm iċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropeja, kif ukoll dawk li mhumiex, jistgħu jixtru proprjetà f’The Shoreline bl-istess drittijiet ta’ akkwist bħal ċittadini Maltin, u mingħajr il-ħtieġa li jiksbu Permess għall-Akkwist ta’ Proprjetà Immobbli (AIP).  M’hemm l-ebda limitu fuq l-ammont ta’ proprjetajiet li xerrej jista’ jixtri u, ladarba jkunu akkwistati, is-sidien jistgħu ukoll jikru l-proprjetajiet tagħhom.

Dawn l-appartamenti jgawdu minn Special Designated Area Status (SDA) u jikkonformaw bis-sħiħ mal-parametri tal-Masterplan għal SmartCity Malta, approvati fl-2008.

Dan il-kontenut imwassal minn The Shoreline