Il-Coldplay jgħinu lill-MOAS bl-‘ALIENS’

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=we-LaiQNY5s]

Il-band ta’ fama internazzjonali, Coldplay, ħabbru l-kanzunetta ġdida “ALIENS”, li l-qligħ kollu minnha se jmur għall-MOAS, l-organizzazzjoni bbażata f’Malta li tieħu ħsieb issalva migranti li jsibu ruħhom f’diffikultà fil-baħar.
“ALIENS” inkitbet minn Brian Eno u nħolqot minn Eno u Markus Dravs ta’ Arcade Fire, Mumford & Sons u Kings Of Leon.
Il-kanzunetta se tkun tifforma parti mill-album Kaleidoscope, li wieħed se jkun jista’ jniżżlu mill-14 ta’ Lulju, waqt li se jkun disponibbli fis-suq fuq CD jew vinyl mill-4 t’Awwissu.
Bħala patruni tal-MOAS, il-Coldplay jissapportja l-operat tal-MOAS fil-ħidma tiegħu sabiex ifittex u jsalva persuni mill-baħar, kif ukoll fil-kampanji sabiex jitwaqqu rotot siguri għal migranti u refuġjati li jfittxu l-kenn fl-Ewropa.
Il-ko-fundatur tal-MOAS, Regina Catrambone, irringrazzjat lill-Coldplay għall-preżenza kontinwa tagħhom fl-organizzazzjoni, u sostniet li l-mużika tagħhom twassal messaġġ lid-dinja bil-ħruxijiet u l-weġgħat ta’ dawn il-persuni.
Kompliet tgħid li hemm bżonn modi dejjem ġodda u kreattivi kif il-messaġġ ta’ dawn il-persuni jasal għand kulħadd.
Kemm ilha wieqfa mill-2014, il-MOAS salvat 39,000 ħajja.
Wieħed jista’ jniżżel l-album Kaleidoscope mis-sit tal-Coldplay, kif ukoll jixtri t-t-shirt “I AM YOU” li sar b’kollaborazzjoni bejn il-MOAS u l-grupp mużikali, mill-maħżen onlajn tal-grupp.