Il-coconut oil jagħmel iktar ħsara milli ġid

Iż-żejt tal-coconut huwa l-għar tip ta’ żejt li tista’ tikkonsma minħabba l-ħsara li jistgħu jagħmlu l-aċidi grassi li jinstabu fiż-żejt tal-coconut lill-ġisem. Dan qalitu Professoressa ta’ Harvard, Dr Karin Michels.

Infatti, is-sena l-oħra l-Assoċjazzjoni tal-Qalb Amerikana aġġornat il-linji gwida tagħha dwar il-grassi aċidi fiż-żejt tal-coconut oil, li jissuġġerixxu lin-nies li ma jikkunsmawx xaħmijiet saturiti bħaż-żejt tal-coconut. Dan inaqqas ir-riskju li wieħed jiżviluppa problemi kardjovaskolari aktar il-quddiem fil-ħajja.

Apparti miż-żejt tal-coconut, tipi ta’ ikel oħrajn li fihom ammont sostanzjali ta’ żjut saturiti huma l-butir, il-ġobon iebes u t-torti tal-laħam.

Ikel li fih ammont sostanzjali ta’ żjut mhux saturiti huma il-ħut, il-lewż, iż-żerriegħa, żejt tal-ħaxix u l-avocado.