Il-cartoons ta’ Tom and Jerry b’avviż ta’ razziżmu

Il-cartoons tant popolari ta’ Tom and Jerry qed ikunu akkumpanjati b’avviż li l-programm jista’ juri xi xeni ta’ preġudizzju razzjali.
Peress li kien hemm allegazzjonijiet li wħud mix-xeni huma razzisti, l-Amazon introduċiet dan l-avviż. L-Amazon tavża li ċerti xeni kienu normali fis-soċjetà ta’ dak iż-żmien.
Tom and Jerry, li darba kien wieħed mill-iktar programmi popolari għat-tfal fuq it-televixin Ingliż, issa qed jiġi b’avviż ta’ “preġudizzju etniku u razzjali”.