Il-Caritas tingħaqad fl-appell ta’ ġbir ta’ flus għan-Nepal

Caritas Malta, flimkien ma’ Caritas Internationalis, qed tappella għal kontribuzzjonijiet ta’ flus b’risq dawk li tilfu lil qrabathom u djarhom kawża tat-terremot fin-Nepal.
Fi stqarrija, il-Caritas qalet li hemm urġenza kbira għall-għajnuna. 
Id-donazzjonijiet ta’ flus jistgħu jingħataw lill-kappillani, jew jitwasslu personalment lill-Caritas, jew permezz ta’ ċekk indirizzat lil: Caritas Malta Fond Emergenza Nepal’, 5, Triq l-Iljun, Floriana FRN 1514.
Jistgħu jiġu depożitati wkoll donazzjonijiet ta’ flus f’dawn il-kontijiet bankarji:

  • HSBC A/C:   089021513050,    BIC:  MMEBMTMT,   IBAN:  MT49MMEB44897000000089021513050
  • BOV A/C:     4002327007-1,    BIC:  VALLMTMT,   IBAN:  MT78 VALL 2201 3000 0000 4002 3270 071
  • APS A/C:      1048901101-5,    BIC:  APSBMTMT,   IBAN:  MT31 APSB 7704 6000 4890 1048 9011 015

Id-Direttur ta’ Caritas Malta, is-Sur Leonid McKay, esprima li n-netwerk ta’ Caritas Internationalis qed jaħdem fil-qrib ma’ Caritas Nepal u li immedjatament ipprovdew xelter u ikel għal dawn il-persuni li sfaw vittma u li ħafna minnhom tilfu lil għeżież tagħhom.
McKay hu fiduċjuż li wara din it-traġedja, is-soċjetà Maltija, se terġa’ tkun ta’ sapport.