Il-Caritas f’ħidma kontra l-istigma tal-epilessija

Il-Caritas Malta Epilepsy Association tħabbar li se ssir laqgħa għal pubbliku dwar l-istigma tal-epilissija.

Il-laqgħa se tiffoka fuq teżi ta’ Yanika Abela li tispjega dwar kif dawk li jgħixu bl-epilessija jistgħu jesploraw l-istigma u l-esperjenza li din il-kundizzjoni tħalli fuq il-ħajja ta’ kuljum.

F’din il-laqgħa se tkun diskussa wkoll il-kwalità tal-ħajja ta’ persuni bl-epilessija flimkien ma’ sfidi u limitazzjonijiet.

Il-laqgħa se ssir nhar il-Ġimgħa 14 ta’ Settembru fis-6.00pm, fil-bini tal-Caritas Malta, fi Triq l-Iljun, il-Furjana.

Għal aktar informazzjoni min ikun interessat irid jibgħat email fuq maltaepilepsy@gmail.com.