Yau-Mun Law, li waqt logħba futbol sofra problemi f’qalbu u ntilef minn sensih il-Ħamis li għadda, qaleb għall aħjar. Hu ħareġ mill-ITU, iżda xorta għadu qed jingħata kura intensiva fl-isptar Mater Dei. Dan ħabbru l-klabb ta’ Santa Venera Lightnings FC fuq il-paġna ta’ Facebook.
Nhar il-Ħamis infermier u fotografu preżenti fil-grawnd taċ-Ċentinarju f’Ta’ Qali taw l-ewwel għajnuna lill-plejer ta’ Santa Venera li ntilef minn sensih waqt logħba. Fuqu ntużat l-automated external defibrillator (AED) biex qalb il-plejer tkompli taħdem sakemm tiġi l-ambulanza. Newsbook.com.mt jinsab infurmat li l-ambulanza damet madwar nofs siegħa biex waslet fuq il-post.
AQRA: Plejer ta’ Santa Venera jintilef minn sensih fil-grawnd; jgħinuh infermier u fotografu
Wara l-inċident li seħħ lill-captain tat-tim ta’ Santa Venera, il-Malta Resuscitaion Council u l-Malta Red Cross ħeġġu lill-klabbs kollha biex tal-inqas ikollhom persuna waħda imħarġa kif għandha tagħti l-ewwel għajnuna u tuża l-AED. Dan biex b’hekk għal kull logħba jkun hemm persuna li tista’ tagħti l-għajnuna tagħha jekk jerġa jiġri xi inċident simili.
AQRA: Bżonn li l-klabbs ikollhom persuna mħarrġa fl-ewwel għajnuna