Il-cabin crew se jżommu xogħolhom – Schembri

Malta International Airport plc

Read in English.

Il-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri qal li l-cabin crew tal-Air Malta se jżommu l-post tax-xogħol tagħhom.

Bi pjaċir nilqa l-vot tal-Cabin Crew tal-Air Malta favur kundizzjonijiet tax-xogħol li se jgħinu lill-kumpanija toħroġ…

Posted by Silvio Schembri on Wednesday, May 27, 2020

“Bi pjaċir nilqa l-vot tal-Cabin Crew tal-Air Malta favur kundizzjonijiet tax-xogħol li se jgħinu lill-kumpanija toħroġ minn dan il-maltemp u ssir aktar sostenibbli. In-negozjati bejn l-Unjin tal-Cabin Crew u lAir Malta kienu diffiċli u ħadu ħin twil ta’ diskussjonijiet fejn waslu sabiex il-ħaddiema ċedew biċċa iżda l-impjegati kollha ser iżommu l-post tax-xogħol tagħhom,” kiteb Schembri fuq Facebook.

Skont Schembri l-kumpanija se tkun tista’ topera b’mod aktar kompettitiv. Qal li bis-saħħa tal-cabin crew l-Air Malta se tkun tista’ ssalva.

“Issa jonqos li jintlaħaq ftehim mal-Unjin tal-Piloti (ALPA) sabiex huma wkoll jikkoperaw biex jitnaqqsu l-ispejjeż tal-operat tal-kumpanija,” kompla jgħid Schembri.

161 favur, 90 kontra

Sors ta’ Newsbook.com.mt qal li llum il-membri tal-unjin tal-cabin crew UCC ivvotaw fuq l-aħħar proposti li dwarhom kien hemm qbil.

B’kollox kien hemm 299 membri eleġibbli biex jivvotaw. Minnhom ivvotaw 252. B’kollox kien hemm 161 voti favur il-proposti u 90 kontra.

Intant l-avukata Mariah Mula li qed tirrappreżenta madwar 50 membri tal-cabin crew fuq kuntratt defenit kienet kuntenta bir-riżultat tal-lum. Dr Mula qalet lil Newsbook.com.mt li l-klijenti tagħha stinkaw biex isemmgħu l-opinjoni tagħhom u li r-riżultat tal-lum kien xhieda ta’ dan.