Il-bżonn t’aktar kumpaniji tas-software f’Malta

Il-Prim Ministru Joseph Muscat saħaq dwar il-bżonn li f’Malta jkun hawn aktar kumpaniji tas-software u dan hekk kif dalgħodu kien qed jinawgura l-estensjoni tal-bini tal-kumpanija ‘Ascent Software’ f’Ħal Luqa.

Il-kumpanija li ilha mwaqqfa għal dawn l-aħħar għaxar snin, tħaddem ħamsin persuna. Intqal li filwaqt li 95% tal-klijenti huma barranin, il-ħaddiema huma lkoll Maltin, bil-maġġoranza tagħhom huma gradwati mill-Kulleġġ Malti tal-Arti, x-xjenza u t-teknoloġija.

Matul iż-żjara, il-Prim Ministru Joseph Muscat saħaq ukoll dwar l-impenn tal-Gvern li jnaqqas il-burokrazija.

Ritratt: DOI – Martin Attard