Il-bżonn għad-demm jiżdied mas-sajf

Mas-sajf, il-bżonn għad-demm jiżdied minħabba iktar divertiment, iktar sewqan u iktar inċidenti fil-baħar.
Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm qal li fid-dawl ta’ dan, jappella għall-għoti tad-demm biex ir-riserva tkun dejjem adekwata għal dak kollu li jista’ jinqala’. Appella wkoll lill-pubbliku biex ikun iktar prudenti u responsabbli fis-sewqan kif ukoll fil-baħar.
L-għoti tad-demm jista’ jsir kuljum fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm fi Gwardamanġa, bejn it-8am u s-6pm.
Barra minn hekk nhar il-Ħadd il-Mobile Blood Donation Unit  se tkun ħdejn il-Bażilika ta’ Santa Liena f’Birkirkara bejn it-8.30am u s-1pm.  F’Għawdex, donazzjonijiet tad-demm jistgħu jsiru nhar il-Ħadd bejn it-8am u s-1pm.