Il-Bypass tal-Marsa u l-Ħamrun se tkun magħluqa l-ġurnata kollha

Il-Bypass tal-Marsa u l-Ħamrun direzzjoni mill-mini ta’ Santa Venera u l-Imrieħel, lejn il- Marsa se jkunu kompletament magħluqa l-ħin kollu, għada biex Infrastructure Malta tibda tqiegħed l-aħħar saffi ta’ asfalt u ttemm il-proġett ta’ €5 miljuni li beda aktar kmieni din is-sena f’din it-triq.

Uffiċjali tal-Pulizija u ta’ Transport Malta se jkunu fl-inħawi f’kull ħin biex jgħinu lil dawk li jkunu f’diffikultà. Infrastructure Malta, fi stqarrija ħeġġet lill-pubbliku biex juża rotot alternattivi mill-Imsida u l-Marsa jew minn Ħaż-Żebbuġ, Ħal Qormi u Ħal Luqa, meta jivvjaġġaw lejn in-nofsinhar ta’ Malta.

L-istess karreġġjata, minn Santa Venera lejn il-Masra, se tingħalaq mill-ġdid it-Tlieta bil-lejl, bejn is- 7pm u l-5:00am tal-għada filgħodu biex tingħata l-kisja finali u jitlesta x-xogħol kollu f’din il karreġġjata.