Aġġornata: Il-Bypass tal-Imġarr se tibqa’ magħluqa sal-Ġimgħa

Wara li dalgħodu fuq il-midja soċjali ttellat informazzjoni li l-Bypass tal-Imġarr illum tinsab magħluqa għat-traffiku, ftit tal-minuti ilu, Transport Malta ħabbret li din it-triq se tibqa’ magħluqa sal-Ġimgħa.
Fi stqarrija Transport Malta spjegat li l-ħaddiema se jqaxxru l-wiċċ eżistenti tat-triq, jagħtu l-konkos u mbagħad jagħtu l-asfalt. Komplew jgħidu li minħabba x-xogħol estensiv, it-triq mhux ser tkunu aċċessibbli għat-traffiku u għat-trasport pubbliku lejl u nhar.
Għaldaqstant Transport Malta saħqet li x-xogħlijiet mistennija jkunu lesti qabel terġa’ tiftaħ l-iskola wara l-btajjel tal-Għid.
Illum, kull min is-soltu jgħaddi minn din it-triq intalab jgħaddi mid-devjazzjoni, minn Triq il-Missjunarju Maltin.