​Il-Bypass ta’ Ħaż-Żebbuġ se tingħalaq f’xi ħin nhar il-Ħadd

Il-Bypass ta’ Ħaż-Żebbuġ se tingħalaq għal erba’ sigħat nhar il-Ħadd li ġej minħabba tellieqa tar-roti.  Il-ħinijiet huma bejn is-7.30am u l-11.30am.
It-triq se tkun magħluqa għat-traffiku fiż-żewġ direzzjonijiet, bejn ir-roundabouts quddiem l-Iskola St Dorothy u r-roundabout fit-tmiem tal-Bypass fit-triq ta' Rabat.
Is-sewwieqa huma avżati biex isibu rotot alternattivi matul dan ħin.
It-tellieqa organizzata mill-Mosta AF Sign Studio Cycling Club, hi miftuħa għaċ-Ċiklisti kollha rreġistrati mal-Malta Cycling Federation.