​Il-by pass ta’ Ħaż-Żebbuġ tingħalaq għal tiġrija

Nhar il-Ġimgħa, il-By Pass ta’ Ħaż-Żebbuġ se tingħalaq għal tliet sigħat minħabba tiġrija organizzata miż-Żurrieq Wolves Amateur Sports Club.
Il-bypass se tkun magħluqa fid-direzzjoni tar-rawndebawt tas-Saqqajja bejn it-8 u l-11 ta’ filgħaxija. Il-karreġġjata fid-direzzjoni ta’ Ħal Qormi mhux se tkun affettwata.
Sadanittant, nhar is-Sibt li ġej Triq il-Kostituzzjoni u Triq il-Kbira fil-Mosta, se jkunu magħluqa għat-traffiku għal xi ħin.
Mis-2.30pm ‘il quddiem it-traffiku ġej minn Burmarrad fid-direzzjoni ta’ Triq il-Kostituzzjoni, se jiġi devjat lejn Triq id-Difiża Ċivili jew lejn Triq il-Missjunarji Maltin.
Mis-7pm ‘il quddiem, it-traffiku minn Vjal l-Indipendenza fid-direzzjoni ta’ Triq il-Kbira se jiġi devjat lejn Triq San Pawl tal-Qliegħa u Triq il-Missjunarji Maltin.