“Il-buttuna tal-gwerra nukleari taħt idi”

Il-Mexxej tal-korea ta’ Fuq, Kim Jong-un, qal li l-buttuna tal-gwerra nukleari tinsab fuq il-mejda tiegħu, u wissa lill-Istati Uniti li mhi se jirnexxilha qatt tiskatta gwerra nukleari.
Dawn il-messaġġi ta’ Jong-un kienu parti mid-diskors tiegħu għall-ewwel tas-sena, li xxandar fuq it-televiżjoni lokali tal-pajjiż.
Ma’ dan żied jgħid li l-Istati Uniti tinsab fil-mira tal-Korea ta’ Fuq, u faċilment tintlaħaq mill-missili tagħha, “Din mhux theddida tagħna, iżda realtà”, enfasizza l-mexxej.
Madankollu, anki b’sorpriża, il-mexxej tal-Korea ta’ Fuq newwel idu lill-Korea t’Isfel, meta qal li pajjiżu lest biex jiddjaloga mal-pajjiż l-ieħor.
Dis-sena l-Korea ta’ Isfel qed tospita l-Olimpjadi tax-xitwa, u stiednet lit-tim mill-Korea ta’ Fuq biex jipparteċipa wkoll.
Il-Korea ta’ Fuq dis-sena tiċċelebra mit-twelid tagħha 70 sena ilu.
Min-naħa tiegħu, mistoqsi jirreaġixxi għal dawn il-kummenti, il-President Amerikan, Donald Trump, qal biss “Issa naraw, issa naraw”.
L-2017 kienet sena sinonima mat-testijiet nukleari tal-Korea ta’ Fuq, fost l-oħrajn f’Settembru li għadda meta ttestjat bomba tal-idroġenu li l-pajjiz qal li kienet 10 darbiet isħaħ minn dik ta’ qabilha.
Dawn it-testijiet wssslu għal diversi sanzjonijiet min-Nazzjonijiet Magħquda, u anki pressjoni fuq iċ-Ċina, li hi l-pajjiż ewlieni li minnha l-Korea ta’ Fuq timporta.