Il-bus lane tal-Mosta tinfetaħ għal kulħadd?

Ġimgħa wara l-artiklu ta’ Newsbook.com.mt dwar il-bus lane tat-triq ewlenija li twassal għal Mosta, tneħħew it-tabelli kif ukoll il-kliem Buses Only minn mal-art.
It-tabelli taħt it-traffic lights kienu jindikaw li minn dik il-karreġġjata jistgħu jgħaddu biss karozzi tal-linja li jkunu fuq ir-rotta.
Din il-bus lane kienet qed tiġi abbużata minn diversi sewwieqa, li kienu jgħaddu minnha bil-konsegwenza li joħolqu inkonvenjent kbir għas-sewwieqa l-oħra li jkunu għaddejjin minn Triq Valletta fid-direzzjoni tal-Mosta u viċi-versa.
Sewwieqa li qed jgħaddu mill-inħawi jinsabu f’dilemma għax ma jafux jekk jistgħux jgħaddu u qed jibżgħu li jlaqqtu ċitazzjoni.  
Mit-3 ta' Lulju 2011 hawnhekk ingħataw mas-700 ċitazzjoni.
F’temp ta’ nofsiegħa li Newsbook.com.mt għamel fuq il-post, meta kienu għadhom imwaħħlin it-tabelli, minn din il-bus lane għaddew tal-inqas 15-il vettura privata.
Ikkuntattjati minn Newsbook.com.mt il-Kunsilli Lokali tal-Mosta u n-Naxxar qalu li d-deċiżjoni ma tteħditx min-naħa tagħhom, iżda minn Transport Malta. .

Ritratt: Maltese Roads Traffic Updates/Arkivji