Il-Burokrazija qed tfixkel l-edukazzjoni tat-tfal – AD

Il-kwistjoni tal-karti tal-identita elettroniċi qiegħda ssir ħolma kerha għall-komunita' barranija f'Malta. Fi stqarrija, , il-kelliem ta' Alternattiva Demokratika dwar l-Edukazzjoni, Mario Mallia qal li hemm min ilu jistenna aktar minn sitt xhur għall-appuntament biex tinħariġlu karta tal-identita elettronika Maltija.  

Mallia saħaq li Issa, l-iskejjel tal-Gvern mhux qed jaċċettaw li jdaħħlu tfal barranin fl-iskejjel Maltin jekk il-ġenituri ma jkollhomx karta tal-identita elettronika.  L-Alternattiva saħqet li Dan huwa assolutament inaċettabbli u jmur kontra d-dritt bażiku tal-edukazzjoni tat-tfal.

Arnold Cassola, ic-Chairperson ta' Alternattiva Demokratika fakkar kif tmien xhur ilu Evarist Bartolo kien qal  li żgur li dawn li ma kinux se jpoġġu s-sistema tal-edukazzjoni fi krizi.  

Evarist Bartolo, li llum huwa l-ministru tal-edukazzjoni issa jrid juri li l-azzjonijiet tiegħu jirriflettu dak li jemmen fih, ittemm tgħid l-istqarrija.