Il-Bulgarija tiddikjara stat ta’ emerġenza

FILE PHOTO: Bulgarian Prime Minister Boyko Borissov at the EU leaders summit in Brussels
FILE PHOTO: Bulgarian Prime Minister Boyko Borissov leaves the second day of the European Union leaders summit, held to discuss the EU's long-term budget for 2021-2027, in Brussels, Belgium, February 21, 2020. REUTERS/Francois Lenoir

Il-Parlament Bulgaru ivvota b’mod unanimu biex jiġi dikjarat stat ta’ emerġenza sat-tlettax t’ April. Din id-deiżjoni ittieħdet fid-dawl tal-fatt li l-ammont ta’ nies bil-Coronavirus trippla u huwa 23. 

Il-Prim Ministru Bulgaru qal li l-istat ta’ emerġenza qed jiġi dikjarat sabiex ikun possibbli li tiġi infurzata il-kwarantina fil-pajjiż bil-għan li jiġi limitat it-tixrid tal-virus. 

Apparti minn hekk, dan għandu jwassal ukoll biex ikun hemm jitwaqqfu titjiriet minn u lejn il-pajjiż, l-egħluq tal-iskejjel u l-universitajiet u biex il-pulizija jkunu jistgħu jintervjenu fejn jkun hemm ksur tar-regolamenti dwar il-kwarantina. 

Ilbieraħ kien hemm erbatax il-persuna li kienu qed jiksru d-direttivi tal-kwarantina. 

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn