Filmat: Il-bugħaddasa jinsabu qawwijin u sħaħ

Il-bugħaddasa li lbieraħ sabu ruħhom f'diffikultà wara li kienu qed jogħdsu fid-Dwejra jinsabu qawwijin u sħaħ.

Dan ikkonfermatu l-Pulizija ma' Newsbook.com.mt.
Ilbieraħ dan is-sit irrapporta li membri tal-Forzi Armati ta’ Malta u tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili marru fuq il-post biex jagħtuhom l-għajnuna.
Aktar tard stqarrija mill-Forzi Armati ta' Malta kkonfermat li bagħtet ħelikopter u l-bugħaddasa ġew salvati.
Ritratt: Arkivji
Filmat: Godwin Attard