Il-browser Safari qed jibda jeħel wara li ġie aġġornat minn Apple

Persuni li jagħmlu użu mill-browser Safari fuq il-Macbooks, iPhones u iPads qed jindunaw li qed jeħel speċjalment meta jiftħu tab ġdida u jiktbu direttament fl-address bar.
Jirriżulta li din il-problema tfaċċat wara li Apple ħarġu aġġornament ġdid tas-software fil-ġranet li għaddew.
Momentarjament din il-problema tista’ tissolva jekk mis-settings jitwaqqfu is-suġġerimenti tas-Safari.
Bosta persuni madwar id-dinja bagħtu messaġġi fuq Twitter, Reddit u l-Apple Forum fejn ddiskutew ma’ persuni oħrajn fuq din il-frustrazzjoni u kif tista’ tinstab soluzzjoni finali.