Il-Bromley High School Jazz Orchestra & Choir f’Malta

Il-Fondazzjoni JP2 se tkun qed tospita l-Bromley High School Jazz Orchestra & Choir mir-Renju Unit biex jipparteċipaw fi tliet kunċerti fil-jiem li ġejjin.

Nhar il-Ġimgħa 18 ta’ Ottubru 2019 b’kollaborazzjoni sħiħa mas-Soċjeta Filarmonika Nicolo’ Isouard tal-Mosta, jipreżentaw kunċert ta’ mużika jazz fis-Sala tal-Każin tal-Banda Nicolo Isouard. Il-Kunċert ser jibda fis-7.30pm.

Nhar is-Sibt 19 ta’ Ottubru 2019, l-orkestra u l-Kor Ingliż se jdoqqu fil-MDINA fuq iz-zuntir tal-Katidral fis-2.30pm. Waqt li nhar il-Ħadd 20 ta’ Ottubru 2019 b’kollaborazzjoni sħiħa mal-Kunsill Lokali Għajnsielem u L-Għaqda Mużikali San Ġuzepp ta’ Għajnsielem jippreżentaw kunċert mill-orkestra u kor mill-Bromley fuq it-terrazzin tal-Każin San Ġużepp li jibda fis-6.00pm.

Il-ftuħ ta’ Bromley High School fit-18 ta’ Jannar 1883 immarka l-ewwel rikonoxximent pubbliku fi Bromley tal-importanza ta’ edukazzjoni għolja għall-bniet. Id-dipartiment tal-mużika għandu l-għan li jistimula l-imħabba u l-interess għal-mużika.