Il-Brigadier tal-Armata fuq 103

Is-Sibt fuq 103 Malta’s Heart waqt il-programm Andrew Azzopardi on 103

Read in English.


Is-Sibt fil-11.30am il-Brigadier tal-Armata Jeffrey Curmi se jkun intervistat stil hard talk mill-Prof. Andrew Azzopardi fuq l-istazzjon 103 Malta’s Heart.
Waqt il-programm Andrew Azzopardi on 103, il-Brigadier se jkun mistoqsi dwar ix-xogħol tal-armata kif ukoll dwar diversi kontroversji li tqajmu dwar l-armata f’dawn l-aħħar snin.


 

Il-programm iżda jibda fl-10am b’diskussjoni dwar jekk għandniex nitkellmu dwar realtà li ngħaddu minna lkoll: il-mewt. Raġel li tilef lil ibnu u ieħor li ħuh għamel suwiċidju se jaqsmu l-esperjenza tagħhom mas-semmiegħa tal-istazzjon.

Jieħdu sehem fid-diskussjoni fost l-oħrajn, Fr Patrick Magro SJ, Kappillan tal-Università, is-social worker Bernardette Briffa, il-lettur Dr Dione Mifsud, Lettur u Counsellor u l-psikologa Gail Debono.


 

Fil-11am Prof. Pierre Mallia u konsulent ġinekologu Dr Ivan Galea jitkellmu ma’ Prof Azzopardi dwar il-kontroversja li nqalgħet fuq x’jiġri meta mara jkollha tqala msejħa ectopic pregnancy.

Is-Sibt fuq 103 Malta’s Heart waqt il-programm Andrew Azzopardi on 103 bejn l-10am u nofsinhar.