Dinja Ewropa: Il-Brexit, xi ftehim intlaħaq?

What’s on Newsbook: Dinja Ewropa

Wara xhur twal ta’ negozjati, intlaħaq ftehim dwar ir-relazzjoni futura bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit. Dan il-ftehim daħal fis-seħħ wara li kien ratifikat mill-Parlament Ewropew.

Apparti minn hekk, is-sena li għadha kif ġiet fi tmiemha, kienet bla dubju ddominata mill-pandemija. Kif irreaġixxiet l-Ewropa dwar dan?

Waqt What’s on Newsbook: Dinja Ewropa nsegwu l-aħħar żviluppi dwar Brexit u d-diskussjoni li kellna fil-Parlament Ewropew dwar dan, u kif il-pandemija influwenzat il-ħidma tal-istituzzjonijiet Ewropej.

What’s on Newsbook: Dinja Ewropa għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Jesmond Saliba, bil-kollaborazzjoni u l-għajnuna finanzjarja tal-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f’Malta.