Il-Brexit u Trump ballun f’sieq l-estremisti

L-Ewroparlamentari Malti, Alfred Sant, iwissi dwar ir-riperkussjonijiet tal-BREXIT u l-ħatra ta’ Trump fuq il-partiti politiċi tradizzjonali fl-Ewropa.
Huwa u jindirizza konferenza dwar il-BREXIT lejlet il-Presidenza ta’ Malta tal-Unjoni Ewropea, irrimarka kif xi wħud jistgħu jużaw dawn l-avvenimenti riċenti sabiex jaqbad art l-estremiżmu fl-Ewropa.
Il-Brexit u Trump huma riżultat li l-globalizzazzjoni ħalliet fuq il-popli emarġinati tul is-snin, u li issa semmgħu leħinhom bis-saħħa tat-teknoloġija, sostna Sant, filwaqt li saħaq li l-Membri Stati tal-UE għandhom jikkunsidraw dawn l-effetti fil-politika tagħhom.
Semma eżempji ta' partiti politiċi estremisti li żdidilhom is-sapport f'dawn l-aħħar jiem, fosthom il-Front Nazzjonali fi Franza u l-AfD fil-Ġermanja.