Il-breathalyser indikatur tal-kanċer?

The Guardian

Fl-Ingliterra qed jiġi ttestjat breathalyser li jista’ jkun jaf jekk persuna għandux kanċer jew le. Dan il-breathalyser huwa ddisinjat biex jaqbad kull tip ta’ molekuli li jistgħu jikkawżaw il-kanċer lill-pazjenti. Ix-xjenzati qed jittamaw li dan il-metodu jkun iktar sempliċi u orħos biex jaqbad il-kanċer kemm jista’ jkun malajr. Huwa stmat li dan il-breathalyser isalva eluf ta’ persuni u jiffranka miljuni ta’ ewro fil-qasam tas-saħħa.

Huwa qed jiġi ppruvat fuq 1,500 persuna li huma b’saħħithom kif ukoll fuq persuni morda bil-kanċer fuq perjodu ta’ sentejn. Il-professur Rebecca Fitzgerald qalet li hemm bżonn jiġu żviluppati aktar mekkaniżmi biex jkun jista’ jiġi identifikat il-kanċer kemm jista’ jkun malajr ħalli b’hekk ikun hemm iktar ċans li l-pazjenti jsalvaw.

Il-parteċipanti jiġu mitluba biex jieħdu n-nifs ġo breathalyser għal 10 minuti u minn dan jittieħdu molikoli li jiġu ttestajati ġo laboratorju. L-għan ta’ dan it-test hu li jkun hemm mudell li wieħed ikun jista’ jinduna jekk persuna għandhiex kanċer jew le. Jekk dawn il-breathalysers jkollhom riżultati ta’ min jorbot fuqhom jistgħu jkunu għodda importanti għat-tobba.

Il-kofundatur ta’ Owlstone Medical Bill Boyle qal li permess ta’ dan il-kunċett wieħed ikollu stampa sħiħa tal-ġisem tal-bniedem mingħajr ma jkun intrussiv iżda li jkun tajjeb u jnaqqas il-ħsara għall-pazjenti b’testijiet oħraiktar intrussivi.