Il-Brażil ikomplu t-taħriġ f’Teresópolis

brazil

Mijiet ta’ nies inġabru quddiem iċ-ċentru ta’ taħriġ tat-tim nazzjonali Brażiljan bl-għan li jaraw mill-viċin lill-istillel tas- Seleção.
Bosta kienu dawk li m tħallewx jidħlu hekk kif l-ammont ta’ nies preżenti kien ferm ikbar minn kemm jesa’ l-grawnd fil-belt Brażiljana ta’ Teresópolis.
It-tim jinsab fi Grupp E flimkien ma’ Costa Rica, Serbja u Svizzera u se jilagħbu l-ewwel logħba tagħhom nhar il-Ħadd 17 ta’ Ġunju.
L-iskwadra Sud Amerikana qed tittama li Neymar jilħaq jirkupra kompletament mill-injury li sofra f’Marzu ma’ Paris Saint-Germain.
L-eks attakkant ta’ Barcelona deher kuntent u entużjajst li reġa’ beda jitħarreġ mal-kollegi tiegħu.
Il-partitarji Brażiljani jinsabu ottimisti li t-tim nazzjonali tagħhom jista’ jikkompeti għar-rebħ tat-Tazza tad-Dinja biex b’hekk ikun taffa mill-umiljazzjoni li sofra erba’ snin ilu fis-semifinali kontra l-Ġermanja.