Il-Brażil b’digriet biex l-armata tgħin fit-tifi tan-nar

Smoke billows during a fire in an area of the Amazon rainforest near Porto Velho, Rondonia State, Brazil, Brazil August 21, 2019. REUTERS/Ueslei Marcelino

Il-President Brażiljan Jair Bolsonaro ordna l-armata biex tgħin fil-ġlieda kontra l-ħin biex jintefa n-nar fl-Amażonja.

F’digriet maħruġ minn Bolsonaro, il-President Brażiljan awtorizza l-iskjerament tas-suldati fir-riservi naturali, artijiet indiġeni u żoni ta’ konfini oħra. Dan sar wara pressjoni mill-kapijiet Ewropej.

Bolsonaro kkritika r-reazzjoni tal-pajjiżi Ewropej, fejn insista li n-nirien ma jistgħux jintużaw bħala pretest għal sanzjonijiet kontra l-pajjiż. Dan seħħ wara li Franza u l-Irlanda ħabbru li ma kinux se jirrattifikaw ftehim kummerċjali kbir mal-Brażil.

L-Amażonja, hija l-akbar foresta tropikali fid-dinja u magħrufa bħala l-pulmun tad-dinja.

Gruppi ambjentali organizzaw protesti fi bliet madwar il-Brażil dwar azzjonijiet aktar effettivi dwar in-nirien. Filwaqt li diversi persuni oħra nġabru quddiem l-ambaxxati tal-Brażil madwar id-dinja.