Il-bram jibqa’ jidher f’bajjiet Maltin

Aktar kmieni dalgħodu reġgħu deheru ammont sostanzjali ta’ bram fil-fliegu bejn Kemmuna u Għawdex. Skont kif kiteb il-Biologu Alan Deidun fuq il-paġna personali tiegħu fuq facebook, jidher li l-gruppi kbar ta’ dawn il-bram mhux velenużi se jdumu jidhru ftit mhux ħażin fl-ibħra bejn malta u Lampedusa. Dan għaliex jidher li dawn l-ibħra huma invażati b’din ir-razza ta’ bram.

Jumejn ilu ġie rrappurtat li l-istess tip ta’ bram invażaw iċ-Ċirkewwa. Din l-ispeċi ta’ brama dehret  ukoll fl-inħawi madwar Malta kollha: miż-Żurrieq sal-Ġnejna, u anke f’Għawdex, fl-inħawi tax-Xlendi, id-Dwejra u Ħondoq ir-Rummien.