Il-Boxer jitressaq darbtejn il-Qorti f’temp ta’ erbat ijiem

Il-pulizija mill-għassa ta’ Ħal Qormi ilbieraħ waranofsinhar irnexxielhom jaqbdu fil-fatt raġel li pprova jisgassa bieba ta’ karozza.  
Fil-karozza ta’ Charles Sciberras magħruf bħala “l-Boxer”, il-pulizija sabu wkoll għadd ta’ ċilindri tal-gass li hu maħsub li huma misruqa.
L-arrest sar fl-inħawi ta' stabbiliment kummerċjali fl-inħawi ta' San Bastjan.
Nhar il-Ġimgħa li għadda, “il-Boxer” deher quddiem il-Maġistrat Antonio Micallef Trigona akkużat li seraq żewġ arloġġi milll-kmamar tal-qorti u ċilindru tal-gass minn ħanut fl-Imsida.
L-imputat wieġeb mhux ħati tal-akkużi u ngħata l-libertà proviżorja b’garanzija personali ta’ €3,000.
Sciberras mistenni jerġa’ jitressaq il-qorti għada t-Tlieta.