Il-BOV tal-Marsa magħluq temporanjament

Il-Bank of Valletta ħabbar li qed jagħlaq il-fergħa tal-Marsa mis-Sibt wara li terza persuna nstabet pożittiva għall-Covid-19.

Fi stqarrija l-bank avża li ċ-ċekkijiet iddepożitati nhar l-Ġimgħa 16 ta’ Ottubru permezz tac-Cheque Deposit Box se jiġu pproċessati wara l-20 ta’ Ottubru. Il-faċilita tan-Night Safe ta’ din il-Fergħa għalissa mhux ha tkun disponibbli.

Intqal li l-Fergħa se tiġi diżinfettata skont il-linji gwida tal-Awtoritajiet tas-Saħħa u terġa’ tinfetaħ meta jkun aċċertat li hija sikura għall-klijenti u l-impjegati tal-Bank. F’każ li jkun hemm xi individwi li setgħu ġew esposti se jiġu infurmati mill-Awtorità tas-Saħħa bħala parti mill-protokoll tal-contact tracing.

Il-Bank skuża ruħu għal kull inkonvenjent lill-klijenti tiegħu.

Rekord b’122 każ ġdid f’temp ta’ ġurnata
Filmat: Rekord ġdid ta’ każijiet: 122